
L-Unjoni Ewropeja ghandha tara li jkun hemm l-istrutturi kollha necessarji u f posthom biex ma jkunx hemm sfruttament fuq il-postijiet tax-xoghol. Jezistu haddiema zghazagh anke f Malta li qed jigu sfruttati, l-istess bhal fil-kaz ta nisa u rgiel f setturi differenti u f postijiet tax xoghol differenti li qed jigu abbuzati bil-hinijiet u kundizzjonijiet tax-xoghol offruti lilhom.
Dan qed isir fl-isfond tal-kontijiet u prezzijiet dejjem joghlew fosthom tal-energija u ta l-ikel inkluz f Malta issa wkoll bi proposti ta tariffi godda u aktar gholja tad dawl u l-ilma li dwarhom m hemmx kunsens fil-pajjiz.
Hekk sostniet Claudette Abela Baldacchino Membru tal-Grupp Socjalista fil-Kumitat tar-Regjuni meta flimkien mal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fuq l-istess istituzzjoni Ewropeja Michael Cohen u l-Membru Frederick Cutajar kienet qed tiehu sehem f dibattitu waqt Forum Ewropew bit-Tema Call to Action for Decent Work, Decent Life organizzat mill-Grupp Socjalista fi Brussel.
Fl-isfond tat-tema tal-Forum organizzat mill-Grupp Socjalista fil-Kumitat tar-Regjuni Decent Life Claudette Abela Baldacchino spjegat ukoll dak li qed jigri f Malta b tariffi godda tad-dawl u l-ilma li l-gvern malti jrid jimponi fuq il-familji maltin u ghawdxin minghajr ma ghamel studju dwar l-effetti li dawn ser ihallu fuq il-generazzjonijiet differenti u saffi differenti tas-socjeta maltija. Dan qalet Abela Baldacchino zgur mhuwiex ser ihalli effetti pozittivi ghal hajja dicenti fost hafna familji.
Qalet li jehtieg li l-haddiema jorganizzaw irwiehhom u jissiehbu ma partit politici u f organizazzjnijiet tradeunjonistici li jiddefendu d-drittijiet tal-haddiema fuq kull livell u minn kull klassi. Is-shubija f Partiti politici u organizazzjonijiet tradeunjonistici m ghandiex tkun biss fazi ta moda, izda ghandha tkun forza kollettiva favur id-drittijiet tal-haddiema, self employed u professjonisti ghaliex fuq kull livell dawn ghandhom il-familji taghhom x jiddefendu u jharsu. Huwa f dan il-kuntest u f dawn l-oqsma li dak li jghodd ghal pajjizi ewropej jghodd ukoll ghall-pajjizna qalet Abela Baldacchino.
Sfruttament iehor huwa dak tal-immigranti illegali qalet Claudette Abela Baldacchino hekk kif sostniet li Malta ma tiflahx tassorbi n-numru ta immigranti illegali li qed jaslu pajjizna ta kuljum; sitwazzjoni li qed twassal ghal sfruttament ukoll fost dawk ir-refugjati li minghajr protezzjoni qed jahdmu f diversi setturi fosthom tal-kostruzzjoni.
Spjegat kif ma jaghmilx sens kif ir-responsabilita tal-immigrazzjoni dwar l-influss ta immigranti li minnu hija milquta Malta tkun wahda volontarja, meta s-sitwazzjoni zviluppat f wahda ta krizi nazzjonali.
Tkellmet dwar ir-realtajiet ta haddiema immigranti li m humiex protetti u kif graw kazi ta haddiema li weggghu fuq il-post tax-xoghol meta ma kienux protetti. Ghal dan kollu qalet Abela Baldacchino hemm bzonn ta azzjoni u malajr.
Il-forum ewropew kien indirizzat mill-President tal-Grupp Socjalista fil-Kumitat tar-Regjuni Mercedes Bresso, minn Conny Reuter Segretarju Generali ta SOLIDAR, minn Rudi DELARUE Direttur tal-Ufficcju fi Brussell tal-Organizazzjoni Dinjija tax-Xoghol, Jan Cremers Membru tal-Parlament Ewropew u Sabine Craenen Rapprezentanta tal-Organizazzjoni tal-Haddiema mhux dokumentati.
No comments:
Post a Comment